Notifiki

Il-PN b’messaġġ partiġjan wara l-eżitu tal-FATF

Wara l-eżitu tat-Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja, l-FATF, ir-reazzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni kienet din.

Grech stqarr: “Dan huwa kastig fuq il-poplu Malti kollu.”

Bernard Grech, kellu jmur Brussell għal-laqgħa tal-Partit Popolari Ewropew.

Minflok għażel li jmur kif skedat biex jibgħat messaġġ pożittiv dwar pajjiżna, għażel li jibqa’ Malta jilgħab il-logħob partiġjan.

Sejjaħ laqgħa tal-grupp parlamentari tal-Partit Nazzjonalista u wara tkellem hekk: “Gvern Laburista li għamel ħafna ħsara lill-pajjiż.”

Il-messaġġ politiku partiġjan infirex fost id-deputati Nazzjonalisti. b’David Thake u anki partikolarment Beppe Fenech Adami jgħid li l-Prim Ministru Robert Abela jmissu jistħi.

Fil-Parlament id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi infexx f’diskors partiġjan mimli għajjat u tgħajjir.

Huwa qal, “Intom t-tradituri.”

Jason Azzopardi mbagħad kompla jqanqal diskors ta’ biża’: “U l-kbir għadu ġej.”

Il-messaġġ partiġjan tal-Partit Nazzjonalista twassal ukoll mis-Segretarju Ġenerali Francis Zammit Dimech, li f’ittra mibgħuta lill-esponenti tal-partit talab lil kulħadd iżomm mal-messaġġ partiġjan ta’ Bernard Grech.

“Importanti mbagħad li malli toħroġ il-pożizzjoni tal-partit dwar dak li jkun qed jiżviluppa, kulħadd jagħmel dak kollu li jista’ sabiex dan jasal għand kemm jista’ jkun nies”, qal Zammit Dimech li kompla jmexxi struzzjonijiet ta’ kif hemm min iridu jimxi l-Partit Nazzjonalista fiċ-ċirkostanzi.

Il-ġimgħa l-oħra Bernard Grech bagħat ittra lill-istess FATF, fejn indika li Malta għandha titpoġġa fuq il-lista l-griża.

F’artiklu l-Ħadd li għadda, il-ġurnalist t’esperjenza Saviour Balzan qal li jissuspetta li fl-ittra li bagħat Bernard Grech lill-FATF hemm id-daqqa ta’ Richard Cachia Caruana.

Balzan, li ilu s-snin jirrapporta u janalizza żviluppi politiċi u ġrajjiet kurrenti, kiteb li kien iddiżgustat meta qara l-ittra ta’ Bernard Grech mibgħuta lill-FATF tindika li Malta għandha titpoġġa fuq il-lista l-griża.

Quddiem l-involviment ta’ Cachia Caruana fil-Partit Nazzjonalista li mindu sar Kap Bernard Grech, reġa’ beda jiddetta, Balzan kiteb li l-Kap Nazzjonalista Bernard Grech qed jaqra mit-teleprompter dak miktub lilu.

Ta’ QabelLi Jmiss

2 Comments

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend