Notifiki

Il-PM Malti u 15-il mexxej Ewropew ieħor jagħmlu dikjarazzjoni b’saħħitha favur id-drittijiet ta’ persuni LGBTIQ+

Flimkien ma’ 15-il Kap ta’ Gvern ieħor ta’ stati membri, il-Prim Ministru Malti Dr Robert Abela ffirma ittra lill-Presidenti tal-Istituzzjonijiet Ewropej fl-okkażjoni tal-Pride Day li se tiġi ċċelebrata fit-28 ta’ Ġunju.

Dr Abela stqarr li hu u l-mexxejja firmatarji l-oħra kkomettaw irwieħhom li jkomplu jiddefendu d-drittijiet ta’ persuni LGBTIQ+.

Huwa saħaq li l-għan tiegħu hu li jassigura li Malta u l-Unjoni Ewropea jippermettu lill-ġenerazzjonijiet futuri jgħixu f’ambjent ta’ tolleranza u ugwaljanza.

Il-Prim Ministru tenna li bil-ħidma bħala Tim Malta se jkun assigurat li pajjiżna jibqa’ fil-quċċata fejn jidħlu dawn id-drittijiet.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend