Notifiki

Britney Spears titkellem kontra l-kontroll li għandu missierha fuq ħajjitha

Il-kantanta ta’ fama mondjali Britney Spears tkellmet dwar il-kontroll tal-finanzi u ta’ affarijiet personali li l-Qorti kienet tat lil missierha Jamie Spears meta fl-2008 l-kantanta kienet għaddejja minn sfidi ta’ saħħa mentali.

Hija tat ix-xhieda tagħha pubblikament u stqarret illi missierha għandu 100,000% l-kontroll tagħha u tenniet li trid li dan l-arranġament jintemm minnufih.

Fil-Qorti, il-kantanta li llum għandha 39 sena, qalet illi hija tinsab trawmatizzata u tixtieq il-kontroll ta’ ħajjitha lura f’idejha, hekk kif iddiskreviet dan l-arranġament bħala abbużiv.

F’diskors li ħa 20 minuta, Britney Spears uriet id-dispjaċir tagħha, hekk kif minħabba l-kontroll li missierha għandu fuqha, qed jillimita milli tiżżewweġ lill-għarus tagħha u jkollha tarbija; saħanistra hija kienet miċħuda milli tneħħi kontraċettiv biex tinqabad tqila.

Hija temmet tgħid li l-kontroll fuq ħajjitha qed jagħmillha aktar deni milli-ġid.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend