Notifiki

Jgħaddu ħames snin minn meta r-Renju Unit ivvota biex jitlaq mill-Unjoni Ewropea

It-23 ta’ Ġunju tal-2021 jikkommemora ħames snin minn meta r-Renju Unit għamel referendum dwar jekk għandhiex tibqa’ membru tal-Unjoni Ewropea.

F’dan ir-referendum magħruf aħjar bħala Brexit, 51.9% kienu vvutaw biex ir-Renju Unit ma’ jibqax parti mill-UE.

Dan ir-riżultant ixxukja lil bosta b’mod speċjali lill-politiċi Brittaniċi u Ewropej li għal numru ta’ snin kellhom jieħdu sehem f’negozjati diffiċli.

Minkejja li l-vot seħħ fl-2016, kien propju fl-24 ta’ Diċembru tal-2020, li r-Renju Unit laħqet ftehim mal-Unjoni Ewropea biex tkun tista’ toħroġ formalment mill-Unjoni.

Filwaqt li l-konsegwenzi wara Brexit jaf baqalhom numru ta’ snin biex jinħassu, ir-Renju Unit għadha maqsuma fuq dan ir-referendum.

Mill-mument li tħabbar dan ir-referendum, inħolqu diversi kwistjonijiet fosthom dwar il-futur tal-Irlanda ta’ Fuq liema provinċja tagħmel parti mir-Renju Unit iġifieri, kienet kostretta titlaq mill-Unjoni Ewropea iżda għandha fruntieri fuq l-art mar-Repubblika Irlandiża li nzertat tagħmel parti mill-UE.

Dan filwaqt li wara Brexit, is-sentiment ta’ indipendenza fi ħdan l-Iskoċċiżi kiber sew. Fl-2014, votanti Skoċċiżi kienu vvutaw kontra l-Indipendenza iżda l-Partit Nazzjonali Skoċċiż jixtieq li l-Iskozja ma’ tibqax parti mir-Renju Unit.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend