Notifiki

De Marco tinnota l-indħil ta’ Karol Aquilina

Waqt laqgħa tal-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi, l-Avukat tas-Sur Apap Bologna, Giannella De Marco, għal darba oħra nnutat li l-mistoqsijiet tad-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina f’dan il-kumitat huma barra mis-suġġett.

De Marco qalet, “Mr Chairman, dawn id-domandi li qed jagħmel is-Sur Aquilina huma kollha barra mill-mandat li għandu dan il-bord.”

Quddiem kummenti tal-membri tal-Oppożizzjoni, Dr De Marco tenniet li x-xhud qed jiġi intimidat u umiljat.

L-avukat De Marco stqarret, “Meta bniedem qed jiġi trattat ta’ suspettat kif qed jiġi ttrattat hawn ġew, meta bniedem qed jiġi trattat b’dan il-mod għandu dritt għas-silenzju.”

Hi kompliet tgħid, “Din biss id-dikjarazzjoni li saret li ġiet ripetuta u apposta, eċċ. In vista ta’ dan, at this point, dan ma jiġix biex jiġi attakkat, biex jiġi umlijat, biex jiġi intimidat.”

Darba wara oħra, l-Avukat De Marco nnutat kif Karol Aquilina beda jindaħal iżżejjed f’dan il-kumitat.

Hi stqarret, “Tippruvax titrattana, int qed tiddiskuti mhux jiena, jien maċ-Chairman qed nitkellem u mhux miegħek.”

Saħansitra kompliet tgħid, “Mr Chairman jagħtik l-ordnijiet hu … inkredibbli”

Dr De Marco rrimarkat, “Mintiex qed tisma’ l-insinwazzjonijiet, anke mit-ton, ma jiġix hawn biex jiġi nsultat.”

Hi qalet, “Imma Dr Aquilina sar iċ-Chairman, jekk sar iċ-chairman infurmani Mr Chair.”

Waqt din il-laqgħa, il-Whip tal-Gvern Glenn Bedingfield qal lid-Deputati Nazzjonalisti sabiex jieqfu jagħmlu insinwazzjonijiet fil-konfront tax-xhud, mingħajr l-ebda prova u kellu sfida għalihom.

Bedingfield sostna, “Mur għand il-pulizija u għaddielhom l-informazzjoni. Inkella ieqfu għamlu l-insinwazzjonijiet, ieqfu għamlu din il-ħsara għax il-ħsara intom qegħdin tagħmluha.”

Il-Whip tal-Gvern Glenn Bedingfield innota wkoll kif l-aġir tal-Oppożizzjoni f’dan il-kumitat ġie nnutat mill-Kamra tal-Avukati, li esprimiet id-dwejjaq tagħha dwar dan l-aġir.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend