Notifiki

Truppi Amerikani se jitneħħew mill-Afganistan b’ritmu anqas mgħaġġel wara rebħiet mit-Talibani

L-Armata Amerikana qalet li se tkompli t-tneħħija tat-truppi mill-Afganistan b’ritmu anqas mgħaġġel minħabba rebħiet riċenti tat-Talibani fil-pajjiż.

Kelliem għall-Pentagon qal li t-truppi Amerikani xorta se jkunu tneħħew kollha mill-Afganistan sal-11 ta’ Settembru li ġej, u s’issa aktar madwar nofshom diġà ntbagħtu lura l-Istati Uniti.

Tul l-aħħar xahar it-Talibani intensifikaw l-attakki tagħhom u fil-fatt irnexxielhom jaħtfu 30 distrett fl-Afganistan, u qed ikun irrapportat li ħatfu jew qatlu numru ta’ truppi.

Ritratt: Getty Images

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend