Jingħata l-libertà proviżorja wara li seraq b’€10,000 djamanti

Carmel Azzopardi ta’ 55 sena ngħata l-libertà proviżorja wara li huwa jinsab mixli b’serq ta’ €10,000 djamanti.

Huwa ammetta u għadu qed jistenna l-għoti tas-sentenza.

Fil-Qorti kien nstema’ li Azzopardi għandu problema ta’ droga kokaina u li kaġun ta’ dan kellu ammont kbir ta’ dejn.

B’rabta ma’ dan il-każ, it-Tnejn tressaq Joseph Tabone ta’ 53 sena, li ġie mixli li xtara l-ġawhar misruqa.

Tabone sostna li hu ma kellux idea li dawn id-djamanti kienu misruqin, u fil-Qorti, l-imputat deher fiżikament ixxukkjat, tant li l-Maġistrat qaltlu biex ipoġġi sabiex ma jagħtihx ħass ħażin.

ONE News jinsab infurmat li meta l-midja rrappurtat fuq dan il-każ ġimgħa ilu, kien qassis li resaq lejn il-Pulizija b’dawn id-djamanti sabiex jirritornahom.

Tabone ngħata l-ħelsien mill-arrest ukoll fuq diversi kundizzjonijiet.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend