Il-UNESCO tgħid li l-Great Barrier Reef fl-Awstralja għandha tiġi ddikjarata fil-periklu minħabba t-tibdil fil-klima

Il-Great Barrier Reef fl-Awstralja għandu jitniżżel uffiċjalment bħala sit ta’ wirt dinji tal-UNESCO li qiegħed f’periklu minħabba t-tibdil fil-klima.

Il-Gvern Awstraljan jidher li rritalja għal dan, partikolarment wara rapport tal-UNESCO stess li ta x’jifhem li l-gvern m’għamilx biżżejjed biex jipproteġi lis-sit. Il-Ministru għall-Ambjent Awstraljana qalet li l-Gvern se jirribatti dan l-argument f’laqgħa tal-Kumitat tal-Wirt Dinji x-xahar id-dieħel.

Il-UNESCO qalet li dan hu l-akbar sit tax-xorta tiegħu fid-dinja, u żdied mal-lista ta’ siti ta’ wirt dinji fl-1981.

Ritratt: Getty Images

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend