Notifiki

“Il-finali tal-EURO 2020 ma għandhiex issir f’Wembley minħabba żieda fl-infezzjonijiet” – Il-PM Taljan

Il-Prim Ministru Taljan Mario Draghi qal li l-finali tal-EURO 2020 m’għandhiex issir f’Wembley, minħabba żieda fil-każijiet tal-Covid-19 fir-Renju Unit.

F’konferenza tal-aħbarijiet mal-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel, f’Berlin, Draghi qal li din il-finali m’għandhiex issir f’pajjiż, fejn ir-rata t’infezzjonjiet ta’ Coronavirus qed tiżdied.

Draghi ma kienx l-unika mexxej li esprima t-tħassib tiegħu dwar il-post ta’ din il-finali.

Dan għaliex dan it-tħassib esprimewh ukoll il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel u l-President Franċiż Emmanuel Macron.

Min-naħa tiegħu, il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qal li l-prijorità tiegħu hi li jżomm il-pajjiż sigur kemm jista’ jkun mill-virus tal-Covid-19.

Dan filwaqt li ġie rappurtat li l-UEFA qed tikkunsidra li tmexxi s-semifinali u l-finali ta’ dan it-turnew minn Wembley għall-Budapest.

Il-każijiet fir-Renju Unit qegħdin jiżdiedu minħabba l-varjant Indjan tal-Covid-19, li huwa magħruf bħala Delta.

Dan wassal għal posponiment fir-rilaxx ta’ miżuri.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend