Notifiki

456 multa f’ġimgħa oħra ta’ infurzar kontra l-Covid-19

Matul il-ġimgħa li għaddiet, 14-il stabbiliment instabu qed jiksru r-regoli marbuta mal-COVID-19 waqt 5,000 spezzjoni li saru mill-awtoritajiet f’bars, ristoranti, lukandi u stabbilimenti oħra.

Kien hemm 441 persuna li ma kinux qed josservaw regoli marbuta mal-ilbies mandatorju tal-maskri u r-regoli dwar in-numru ta’ nies li jistgħu jinġemgħu fil-pubbliku.

Kien hemm ukoll każ  fejn inkisret ir-regola tal-kwarantina.

B’hekk it-total ta’ multi li ngħataw niżel għal 456, li jfisser li filwaqt li naqsu r-restrizzjonijiet, baqgħu preżenti l-entitajiet ta’ infurzar.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend