Notifiki

Raġel arrestat b’rabta ma’ vandaliżmu fuq disa’ vetturi u tmien vettrini tal-ħwienet fil-Mellieħa

Sirjan ta’ 25 sena li joqgħod ta’ San Pawl il-Baħar qed jinżamm arrestat b’rabta ma’ vandaliżmu fuq vetturi u ħwienet tul is-Sibt billejl fil-Mellieħa.

Għall-ħabta tat-3:00 ta’ filgħodu tal-Ħadd, il-Pulizija daħlilha rapport li kien hemm persuna twaddab il-ġebel lejn xi vetturi fi Triq il-Marfa.

Il-Pulizija tad-Distrett tal-Qawra marru fuq il-post u nnutaw li xi vetturi pparkkjati u vetrini ta’ ħwienet kellhom ħsarat konsiderevoli, fosthom il-ħġieġ imkisser b’xi ġebel.

Il-pulizija ngħataw ukoll deskrizzjoni tal-persuna li allegatament kienet qiegħda twettaq dawn l-atti vandali u bdew bit-tfittxija għaliha.

B’kollox instabu disa’ vetturi u tmien vetrini ta’ ħwienet bil-ħġieġ imkisser, tul Triq il-Marfa, Triq Ġorġ Borg Olivier u Triq il-Kbira, il-Mellieħa. Ftit tal-ħin wara, il-Pulizija osservaw raġel li kien jaqbel ma’ din id-deskrizzjoni, li kien miexi lejn ix-Xemxija.

Huwa ġie arrestat fuq il-post u ttieħed fil-lock-up tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana, għal aktar investigazzjonijiet.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend