Servizz ġdid ta’ emerġenza minn infermiera b’karozza hybrid

Riċentament rajt din il-karozza ddur mat-toroq Maltin?

Din hija karozza ġdida li qed tifforma parti mis-servizz ta’ emerġenza offrut mid-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei.

Fil-fatt din il-karozza li toffri servizz ta’ emerġenza minn infermiera u oħra bħalha, qed iduru mat-toroq Maltin sabiex mal-mument li tidħol sejħa għall-għajnuna li s-soltu tmur ambulanza fuqha, l-eqreb karozza tmur mal-ewwel tagħti l-ewwel għajnuna.

Dwar dan is-servizz ġdid li l-għan aħħari tiegħu huwa li jnaqqas il-ħin ta’ stennija għall-għajnuna, ONE News tkellem mal-infermier Zak Schembri.

Huwa spjegalna kif din il-karozza l-ġdida tiġi bl-aġġeġġi u l-apparat kollu li jkollha ambulanza.

Qal, “Il-karozzi armati b’kull tip ta’ equipment li hemm bżonn ta’ life saving equipment u ovvjament peress li nkunu qegħdin roaming jiġifieri ma jkunux stazzjonati Mater Dei imma jkunu qegħdin fit-toroq diġà naslu ħafna iktar malajr minn ambulanza.”

Huwa spjega wkoll kif minkejja li din il-karozza tasal qabel ambulanza, l-ambulanza xorta tmur fuq il-post fejn hemm l-emerġenza.

Spjega, “L-ambulanza ovjamenta xorta toħroġ minn Mater Dei però n-nurse jkun diġà wasal fuq il-post u diġà jkun ta l-ewwel trattament li jkun hemm bżonn.”

Dwar il-vettura nnifisha ONE News tkellem ukoll ma’ Josef Vella. Emergency ambulance responder nkarigat mis-sewqan ta’ din il-vettura li taħdem b’mod hybrid u b’hekk aktar ambjentalment nadifa.

Huwa spega l-effiċjenza ta’ vettura ta’ dan it-tip meta mqabbla ma’ ambulanza.

Qal, “Il-fakultà tagħhom u iktar faċli li tużahom għax huma iżgħar, it-toroq Maltin huma dojoq ħafna fil-verità allura aktar faċli għalina li nużaw dawn il-karozzi biex naslu malajr fuq il-post u l-pazjent ovjament ikollu iktar ħin għalih. Jiġifieri bejn ambulanza u bejn din il-karozza hemm id-differenza.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend