Notifiki

Premju ta’ €250,000 għadu ma nġabarx

Maltco Lotteries ħabbret li rebbieħ ta’ €250,000 li rebaħ is-Super 5 baqa’ ma marx biex jiġbor il-premju tiegħu.

Dan il-jackpot intrebaħ fit-28 t’April li għadda u huwa validu għal tlugħ 870.

Il-biljett rebbieħ inxtara minn POS 381, li tinsab fil Triq il-Ġilju Buġibba ftit qabel is-6:30 ta’ filgħaxija.

Fi stqarrija Maltco Lotteries qalet li r-rebbieħ li qata’ n-numri kollha li telgħu għadu ma ġiex identifikat.
Hija fakkret li n-numri r-rebbieħa kienu 15-22-17-7-27.

Maltco Lotteries appellat lir-rebbieħ biex imur fl-Uffiċċju Ewlieni tagħha li jinsab fl-Iklin, bil-biljett oriġinali sa mhux aktar tard mit-Tnejn 28 ta’ Ġunju li ġej.

Hija temmet tgħid li jekk ir-rebbieħ jibqa’ ma jiġborx il-premju tiegħu, il-flus ikunu trasferiti f’fond li permezz tiegħu Maltco Lotteries tgħin aġenziji, individwi u organizzazzjonijiet li għandhom skopijiet soċjali, edukattivi, kulturali, sportivi, reliġjużi jew filantropiċi fis-soċjetà Maltija.

B’kollox Maltco Lotteries tat €573,920 f’donazzjonijiet minn premiji li ma nġabrux.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend