Jingħata l-ħelsien mill-arrest fuq każ ta’ arma mhux liċenzjata

Aaron Cassar ta’ 41 sena minn Birżebbuġa ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €20,000 wara li nstabet arma tan-nar li ma kinitx liċenzjata fil-pussess tiegħu.

Cassar kien ġie arrestat ix-xahar li għadda wara li kien fil-pubbliku b’arma li apparti ma kinitx liċenzjata, kellha l-munizzjoni go fiha.

Fil-Qorti ntqal kif il-pulizija skoprew b’dak li kien għaddej wara li xi ħadd għaddielhom informazzjoni ta’ x’kien se jiġri.

L-imputat kien diġà ngħata il-ħelsien mill-arrest fl-2018 fuq każ relatat ma’ ħruq ta’ dar.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend