Imut l-ewwel President taż-Żambja

Kenneth Kaunda, l-ewwel President taż-Żambja u wieħed mill-aħħar fil-ġenerazzjoni ta’ mexxejja Afrikani li ġġieldu l-kolonjaliżmu, miet fl-età ta’ sebgħa u disgħin sena.

Kaunda ddaħħal fi sptar militari fil-kapitali Lusaka wara li kien qed isofri mill-pneumonia, minkejja li ma jidhirx li kellu l-COVID-19.

Huwa kien sar President wara l-indipendenza fl-elf disa’ mija erbgħa u sittin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend