Il-PM jiltaqa’ mal-President tal-FIFA Gianni Infantino

Il-President tal-FIFA Gianni Infantino ltaqa’ mal-Prim Ministru Robert Abela fl- Berġa ta’ Kastilja. Dan hekk kif bħalissa Infantino jinsab f’Malta.

Il-Prim Ministru qal li mal-President tal-FIFA, tkellem fuq il-ġejjieni ta’ dan l-isport, wara l-isfidi serji li ġabet magħha l-pandemija tal-Covid-19.

Huma ddiskutew ukoll l-iżvilupp tal-futbol Malti, permezz ta’ aktar investiment fil-faċilitajiet u fit-taħriġ tat-tfal.

Dr Abela sostna li laqgħat bħal dawn iwittu t-triq sabiex pajjiżna jkompli jimxi ’l quddiem u joħroġ bl-unuri fil-kapaċitajiet tiegħu.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend