Fiequ erba’ persuni oħra u feġġew tliet każijiet tal-Covid-19

Fl-aħħar sigħat fiequ erba’ persuni oħra mill-Coronavirus u feġġew tliet każijiet minn fost 1,965 test.

Dan ifisser li issa f’pajjiżna hawn 32 każ attiv ta’ COVID-19.

Fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 961,384 test.

Ingħataw ukoll 616,102 dożi tal-vaċċin.

Minnhom, 348,633 persuna ħadu l-ewwel doża, filwaqt li 278,588 persuna huma kompletament imlaqqma.

Intant fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa, ma kienu rrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend