Notifiki

Aktar viżibbiltà dwar kumpaniji u l-kwalitajiet ta’ ESG li jħaddnu

Il-Gvern ħabbar inċentiv ġdid li se jkompli jwassal għal investiment sostenibbli f’pajjiżna.

Dan hekk kif fit-3 xhur li ġejjin se jiġbor l-informazzjoni kollha tal-kumpaniji Maltin u Għawdxin relatata mal-kunċett magħruf bħala ESG.

Din it-tip ta’ informazzjoni tinkludi l-prinċipji ambjentali, soċjali u ta’ governanza fl-operat tal-kumpaniji.

Ħabbret dan il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli hekk kif spjegat li l-kunċett tal-ESG huwa kriterju li llum il-ġurnata ħafna kumpaniji jagħtu każ huma u jistabbilixxu ruħhom.

Il-Ministru Dalli spjegat kif din l-informazzjoni se tiġi kkumpilata u l-benefiċċji li toffri: “Li ħa nagħmlu huwa li se nibdew niġbru din id-data mingħand dawn il-kumpaniji, dik id-data se nagħmluha f’forma ta’ scoreboard u hemmhekk mhux se jkollna klassifika ta’ kumpaniji kontra l-oħra imma investitur li jkun interessat flok joqgħod jiġri jiġbor l-informazzjoni minn hemmhekk u minn hawnhekk  ikolli l-viżibbiltà li jara kollox fi scoreboard wieħed fejn qed iqabbel dik il-kumpanija x’qed tagħmel fuq dawn it-tliet pilastri.”

Spjegat ukoll kif bħalissa għaddejjin il-preparamenti kollha sabiex jitħejja sit elettroniku apposta għal dan il-għan.

Il-Ministru Dalli ssotniet: “Irridu naraw iktar kumpaniji jinvestu fil-qasam ambjentali, dak soċjali u anke ta’ governanza fil-fatt iktar ma jgħaddi ż-żmien aktar se jkun ta’ obbligu fuq il-kumpaniji li jinvestu fuq dawn l-ESGs. Environmental, Social u Governance. Ħa nibdew aħna minn naħa tagħna mill-kumpaniji li huma listes fuq il-borża ta’ Malta.”

ONE News tkellem ukoll ma’ Karl Bartolo mill-kumpanija Metserv hekk kif sostna l-importanza li l-kumpaniji lokali jinvestu fl-ESGs.

Sostna kif il-kumpanija li jirrapreżenta ffukat fuq il-prinċipju ambjentali tal-ESGs fl-2014: Ikkunsidrajna l-ambjent u llum il-ġurnata għandna waħda mill-akbar PV Farms f’Malta. Kienet l-akbar PV Farm meta bnejnieha fl-2014 u naħseb kien eżempju għal ħafna kumpaniji Maltin oħrajn biex idaħħlu PV Farm systems.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend