Il-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong-un ammetta li pajjiżu bħalissa qed jaffaċja nuqqas kbir ta’ ikel.
F’indirizz li kien qed jagħmel, Kim Jong-un qal li s-sitwazzjoni tal-ikel issa laħqet livell ta’ tensjoni kbira fil-pajjiż.
Saħaq li dan kollu seta’ ġara wara għarar qawwi li seħħ is-sena l-oħra u li kawża tiegħu falla s-settur tal-agrikultura fil-Korea ta’ Fuq.
Rapporti qed jgħidu kif il-prezzijiet tal-ikel għolew ħafna, fejn qed jingħad kif kilo banana jiswa madwar sebgħa u tletin ewro.
Il-Korea ta’ Fuq għalqet il-fruntieri tagħha minħabba l-imxija tal-Coronavirus.