Raġel ta’ 40 sena minn Birżebbuġa ndarab gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur, laqat il-bankina u waqa’.
L-inċident seħħ ibieraħ, għall-ħabta tas-sebgħa neqsin kwart ta’ filgħaxija, fi Triq San Tumas, Ħal Luqa.
Fuq il-post immedjatament waslet ambulanza b’tim mediku li tatu l-ewwel għajnuna fuq il-post.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.