Il-PN jerġa’ jaħdem kontra Malta qabel l-eżitu tal-FATF

Ftit jiem qabel it-test tat-Task Force t’Azzjoni Finanzjarja, l-FATF, il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech ħass li kellu jikteb lill-istess FATF, jitkellem dwar ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna u jitfa’ botti kontra l-awtoritajiet preżenti ta’ pajjiżna, l-istess awtoritajiet li bl-azzjonijiet tagħhom, għaddew lil Malta mit-test tal-Moneyval fil-ġlieda kontra l-kriminalità finanzjarja.

Dwar dan ikkummenta l-Whip tal-Gvern Glenn Bedingfield fil-ħin tal-aġġornament fis-seduta Parlamentari tal-Erbgħa filgħaxija.

“Il-Kap tal-Oppożizzjoni kiteb lil FATF, ħass li kellu jagħmel hekk u din mhux l-ewwel darba, illi rajna illi kull meta jkun hemm kwistjonijiet bejn Malta u barra, il-Partit Nazzjonalista jżomm mal-barranin flok mal-Maltin.”

Bedingfield spjega li tal-Partit Nazzjonalista jiddejqu meta jingħad lilhom li huma jimminaw u jżommu u jxewxu kontra Malta iżda tal-Partit Nazzjonalista hekk jagħmlu.

Aċċenna li proċess tekniku bħal dak tal-FATF m’għandux jitħallat ma’ proċess politiku.

Fl-aġġornament parlamentari, id-Deputat Laburista tkellem ukoll dwar l-interess tal-Gvern li ssir ġustizzja, fosthom anki fuq il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Saħaq li evidenza importanti, dik tal-laptop ta’ Caruana Galizia ma nġabritx u nqerdet.

Dan sar magħruf wara talba li saret mill-avukati ta’ Yorgen Fenech, biex dan il-laptop u l-kontenut fih jiġi ppreżentat bħala evidenza fil-Qorti.

“Għandna avukati jiġu hawn dirett mill-Qorti u jitkellmu u jgħidulna x’kien fihom chats u jgħidulna fuq id-digrieti tal-Qorti u jitkellmu fuq id-dokumenti. Dan il-fatt dejjem ħbewh Sur President, għaliex?”

Bedingfield saħaq li dan kollu sar mhux fl-interess tal-ġustizzja.

“Min qed jeqred il-provi u min jaħbi l-qirda tal-provi ma nafx x’interess għandu biex toħroġ il-verità kollha.”

Intant id-Deputat Laburista fakkar kif il-Qorti qalet b’mod ċar li ċ-Chairman tal-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi, id-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami, kellu joqgħod attent kif jitkellem biex ma joħloqx preġudizzju fuq il-każ.

Dan meta qal li kieku l-proġett tal-Electrogas ma sarx, kieku Caruana Galizia għadha ħajja.

Intqal lil Fenech Adami, li l-Qorti tistenna li karigi pubbliċi bħal dik li jokkupa d-Deputat Nazzjonalista, jinqdew aħjar u mhux jintużaw b’fehmiet mgħobbijin b’kontenut politiku u mhux bl-oġġettività.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Kif nista nemmen li xi darba nardu l grieg jista jkun priministru meta hu stess ma halls Taxxa ghall 12 il sena Shah.Tajt qallhom lill FATF bean.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend