Anzjan ta’ 71 sena miż-Żurrieq ndarab gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku bil-mutur f’Ħal Kirkop.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-ħdax neqsin kwart ta’ filgħodu fi Triq il-Mitjar, Ħal Kirkop.
Minn stħarriġ preliminari li sar jidher li seħħet ħabta bejn mutur Honda, misjuq mill-vittma, u vettura Volkswagen Golf, misjuqa minn mara ta’ 21 sena residenti Ħal Kirkop.
Tim mediku ta l-ewwel għajnuna, ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-isptar u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.