Notifiki

Tama żgħira dwar qbil bejn l-Amerika u r-Russja waqt summit

Illum, il-President tal-Istati Uniti Joe Biden kif ukoll il-President Russu Vladimir Putin se jkun qed jiltaqgħu għall-ewwel darba f’summit li mistenni jibda f’nofsinhar (ħin lokali) f’Ġinevra.

Dan is-summit qed isir fi żmien fejn ir-relazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi tinsab fost l-agħar li qatt kienet, hekk kif hemm kwistjonijiet dwar il-kontroll tal-armi, sanzjonijiet u l-allegazzjonijiet li qed jagħmel l-Istati Uniti dwar l-attakki online u l-indħil fl-elezzjoni presidenzjali Amerikana mir-Russi.

Għalhekk, mhux mistenni li jkun hemm xi żviluppi kbar, madanakollu hemm tama li jkun hemm qbil f’xi affarijiet żgħar.

Dan is-summit se jġib fi tmiem l-ewwel vjaġġ tal-President Amerikan fl-Ewropa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend