Sewwieq ta’ mutur jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Qawra

Raġel ta’ 25 sena minn San Pawl il-Baħar, jinsab fil-periklu tal-mewt, wara li ħabat bil-mutur tal-għamla SYM Symphony ma’ karozza tat-tip Toyota Yaris li kienet qed tinstaq minn tfajla ta’ 22 sena minn Marsaxlokk.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6:30 tal-bieraħ filgħaxija fi Triq il-Merluzz, il-Qawra.

Fuq il-post issejħet l-għajnuna tat-tim mediku, li aktar tard ħa lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Donatella Frendo Dimech.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend