Is-sena l-oħra l-maġġoranza tal-Maltin għoxew fuq dan il-film

Is-sena l-oħra, l-aktar film popolari fis-swali taċ-ċinema f’Malta kien ‘Jumanji: The Next Level’.

Skont statistika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO, 7.7% ta’ dawk li marru ċ-ċinema raw il-film imsemmi.

Warajh ġie ‘Bad Boys for Life’ b’6.3% u ‘1917’ b’5.2%.

Matul is-sena l-oħra ntwerew 330 film, u fis-sena tal-pandemija, meta għal bosta xhur is-swali taċ-ċinema kienu magħluqa, b’kollox daħlu jaraw film 165,475 persuna.

Kienu biss 1,278 persuna li raw produzzjonijiet Maltin.

Il-maġġoranza assoluta tal-films li ntwerew ma kinux 3D hekk kif films tat-tip 3D, kienu biss 2%.

Aktar min-nofs il-films li ntwerew, jiġifieri 56.4% kienu twal bejn 76 minuta u sagħtejn.

Ftit aktar minn 29% tal-films kienu twal bejn ftit aktar minn sagħtejn u tliet sigħat.

B’kollox f’Malta u f’Għawdex kien hawn seba’ kumplessi taċ-ċinema, tnejn minnhom f’Għawdex.

B’mod totali hemm 33 sala taċ-ċinema li kapaċi żżomm iżjed minn 2,200 ruħ bilqiegħda jsegwu film.

Is-sena l-oħra, bħala medja, is-swali taċ-ċinema ħadmu mal-mija u żewġ persuni, b’ħafna minnhom jaħdmu part-time.

Aktar minn 70% tal-persuni qatgħu l-biljetti għaċ-ċinema bit-telefown jew online.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend