Notifiki

Ġuvni ta’ 16-il sena jindarab gravi wara li waqa’ għoli ta’ madwar żewġ sulari minn fuq bejt ta’ dar fil-Fgura

Żagħżugħ ta’ 16-il sena ndarab gravi wara li waqa’ għoli ta’ madwar żewġ sulari minn fuq bejt ta’ dar li tinsab fi Triq il-Kampanella, fil-Fgura.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:00 tal-bieraħ filgħaxija.

Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-membri tal-Protezzjoni Ċivili biex il-vittma jinħareġ mid-dar, u tim mediku, li aktar tard ħa lill-ġuvni l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend