Notifiki

Fgura United FC b’dehra ġdida għall-50 anniversarju mit-twaqqif tal-klabb

It-tim ta’ Fgura United FC qed ifakkar il-50 sena mit-twaqqif tal-klabb permezz ta’ dehra ġdida, hekk kif biddel l-arma tiegħu.

Din l-arma l-ġdida ta’ Fgura United FC hija waħda moderna u fiha t-tliet stillel li jirrappreżentaw il-lokalità tal-Fgura.

Ma’ one.com.mt, il-President ta’ Fgura United FC, Larkin Bonnici qal kif dan il-klabb jilqa’ fi ħdanu madwar 250 tifel u tifla, l-aktar żgħażagħ.

Bonnici qal kif f’dan l-anniversarju importanti, dan il-klabb se jkompli jagħti iżjed opportunitajiet lil dawn iż-żgħażagħ sabiex ikabbru l-kunfidenza tagħhom u jirrispettaw lil xulxin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend