Notifiki

Il-President tal-FIFA f’Malta nhar il-Ġimgħa li ġej

Il-President tal-FIFA, Gianni Infantino se jkun f’Malta nhar il-Ġimgħa li ġej.

Iż-żjara se ssir biex l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol, l-MFA tiċċelebra l-mija u għoxrin sena mit-twaqqif tagħha fejn il-President tal-FIFA ser jippresiedi l-inawgurazzjoni ta’ mużew ġewwa l-Istadium Nazzjonali.

Il-President tal-MFA, Bjorn Vassallo qal li hu jinsab kuntent ħafna li l-President tal-FIFA aċċetta l-istedina biex iżur l-Assoċjazzjoni Maltija għal diskussjonijiet importanti.

Vassallo stqarr li ż-żjara tas-Sur Infantino hija wkoll xhieda tar-rispett u l-istima li tgawdi l-MFA fl-ogħla livelli tal-korp governattiv tal-futbol dinji u jinsab kunfidenti li d-diskussjonijiet bejn l-MFA u l-FIFA se jkomplu jsaħħu din ir-relazzjoni.

Bjorn Vassallo ħadem ukoll fil-FIFA fil-kariga ta’ Direttur ma’ Gianni Infantino meta sar President.

Hu kien irriżenja mill-kariga meta nħatar President tal-MFA f’Lulju tal-2019.

Matul iż-żjara tiegħu f’Malta, il-President tal-FIFA se jkollu wkoll laqgħa privata mal-Prim Ministru Robert Abela f’Kastilja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend