Notifiki

Cristiano Ronaldo jsir l-iżjed plejer li skurja waqt il-Kampjonati Ewropej

Il-plejer Portugiż, Cristiano Ronaldo rnexxielu jikser rekord ieħor, hekk kif huwa sar l-iżjed plejer li skurja waqt il-Kampjonati Ewropej.

Dan hekk kif il-captain tal-Portugall skorja darbtejn fl-aħħar għaxar minuti tal-partita kontra t-tim Ungeriż u b’hekk skorja l-għaxar u l-ħdax-il gowl tiegħu fl-istorja tal-Kampjonati Ewropej.

Cristiano Ronaldo rnexxielu jagħmel dan ir-rekord, wara li qabeż lill-Franċiż, Michel Platini li b’kollox kien skorja disa’ gowls fl-istorja tal-Kampjonati Ewropej.

Għal Cristiano Ronaldo, dan huwa l-ħames kampjonat Ewropew li qed jilgħab fih.

Fl-aħħar edizzjoni, dik tal-EURO 2016 li saret fi Franza, huwa rnexxielu jgħolli t-trofew, hekk kif il-Portugall rebħu din il-kompetizzjoni għall-ewwel darba fl-istorja tagħhom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend