Notifiki

Id-Danimarka kellha tkompli tilgħab inkella kienet titlef 3-0

Li kieku d-Danimarka ma komplitx tilgħab il-logħba kontra l-Finlandja, kienet titlef bl-iskor ta’ 3-0.

Il-plejers tad-Danimarka u l-Finlandja ma kellhomx għażla ħlief li jkomplu jilagħbu l-logħba bħala parti mit-turnew tal-Euro 2020.

Dan wara li s-Sibt li għadda Christian Eriksen kkollassa fil-grawnd u kellu bżonn is-CPR, wara li sofra minn attakk f’qalbu.

Eriksen ittieħed immedjatament l-isptar u jinsab f’qagħda stabbli.

Rapporti fil-midja qalu li l-plejers Daniżi riedu jkomplu jilagħbu dik il-logħba dakinhar stess wara li kellmu lill-plejer ta’ Inter.

Il-gowler leġġendarju Peter Schmeichel, missier il-gowler Daniż Kasper Schmeichel, kien wieħed li farraġ lis-sieħba ta’ Eriksen.

Peter Schmeichel qal li l-UEFA ma tatx l-istampa kollha tas-sitwazzjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend