Il-Parlament fl-Iżrael mistenni japprova l-Gvern il-ġdid

Il-Parlament ta’ Iżrael mistenni japprova l-formazzjoni tal-Gvern il-ġdid, li se jara t-tmiem ta’ tnax-il sena ta’ tmexxija tal-Prim Ministru Benjamin Netanyahu.

Il-Gvern li huwa ffurmat minn koalizzjoni ta’ partiti differenti, għandu biss maġġoranza ta’ siġġu wieħed.

It-tmexxija tal-Gvern fl-Iżrael se tinqasam bejn żewġ mexxejja, fejn sal-elfejn tlieta u għoxrin Naftali Bennett mistenni jieħu l-irwol ta’ Prim Ministru tal-Iżrael, filwaqt li Lapid imbagħad jibda jokkupa din il-kariga għas-sentejn ta’ wara.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend