BIL-FILMAT: Iwieġeb mhux ħati għall-omiċidju fil-Marsa – Jinżamm arrestat

 

Amo Frank Kwaku ta’ ħamsa u għoxrin sena mill-Ghana tressaq il-Qorti akkużat bil-qtil ta’ Isaac Kwabena Kyere, żagħżugħ ta’ tlieta u għoxrin sena, ukoll mill-Ghana, fi Triq it-Tiġrija l-Marsa l-Ħamis filgħaxija.

Il-raġel inqatel bi tliet daqqiet ta’ sikkina f’sidru; bl-arma li allegatament intużat fil-qtil instabet mill-Pulizija qalb is-siġar fi Triq il-Jum.

L-akkużat ġie arrestat fis-siegħa u nofs tal-lejl li fih seħħ id-delitt, wara li l-Pulizija ċċirkondat dar fi Triq Azzopardi fil-Marsa.

Fl-awla, l-ispettur Kurt Zahra mill-Prosekuzzjoni spjega kif il-Ħamis għall-ħabta tal-għaxra u nofs ta’ filgħaxija daħal rapport li kien hemm argument li ħalla persuna mejta. Spjega kif l-akkużat ammetta mill-ewwel li kien wettaq il-qtil u saħansitra reġa’ ammetta fid-dikjarazzjoni tiegħu.

Madankollu fil-Qorti huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Rachel Montebello ħarġet ordni ta’ ffriżar tal-assi fil-konfront tal-akkużat.

Wara li ma saritx talba għall-ħelsien mill-arrest, l-akkużat baqa’ jinżamm arrestat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend