Fin-12:30pm jitressaq il-Qorti raġel akkużat bl-ewwel omiċidju tas-sena

Fin-12:30pm, il-Pulizija se tkun qed tressaq il-Qorti raġel akkużat bl-ewwel omiċidju tas-sena.

Dan wara li l-Ħamis filgħaxija seħħ omiċidju li ħalla mejjet żagħżugħ ta’ tlieta u għoxrin sena mill-Ghana wara li qala’ daqqiet ta’ sikkina.

Il-vittma nstab bi tliet daqqiet ta’ sikkina f’sidru u nstabu wiċċu ’l fuq mitluf minn sensih.

Xhieda li raw il-każ allegatament identifikaw lill-aggressur u immedjatament skattat tfittxija mill-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit. L-allegat aggressur ġie arrestat għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ filgħodu wara li l-pulizija ċċirkondaw dar fi Triq Azzopardi, il-Marsa.

Kif il-pulizija daħlu fid-dar, raw persuna tipprova taħrab għal fuq il-bejt u l-pulizija arrestatu minnufih.

Minn aktar tfittxijiet instabet ukoll is-sikkina li allegatament intużat fil-qtil. Is-sikkina instabet qalb is-siġar fi Triq il-Jum. Il-persuna li arrestat il-Pulizija għandha 25 sena.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend