Żagħżugħ jinqabad iwaddab żewġt iqtates fil-baħar f’San Ġiljan

Nhar l-Erbgħa li għadda, għall-ħabta tas-7:30 ta’ filgħodu, żagħżugħ ta’ 21 sena nqabad minn Uffiċjal tal-Komunità jwaddab żewġt iqtates fil-baħar f’San Ġiljan.

Il-każ seħħ qrib lukanda lokali fiż-żona fejn kienu kameras tas-sigurtà li kien hemm fl-inħawi li servew ta’ għajnuna biex iż-żagħżugħ jinqabad.

Hawnhekk intalbet l-assistenza tal-Pulizija fejn iż-żagħżugħ ġie arrestat u tressaq il-Qorti wara.

Il-qtates ġew salvati mill-baħar mill-Uffiċjali tal-Komunità fejn saħansitra iż-żewġ uffiċjali rritornaw lura b’ikel biex jitimgħu lill-qtates taż-żona.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend