Notifiki

L-Awtorità tal-Ippjanar tispjega r-rikuża ta’ ċertu membri fuq il-proġett tad-DB

Wara li lbieraħ ġie approvat il-proġett tad-DB f’Pembroke bi tnaqqis konsiderevoli fl-għoli tal-bini, l-Awtorità tal-Ippjanar iċċarat il-pożizzjoni ta’ ħames membri tal-bord li rrikużaw ruħhom mil-laqgħa li saret.

L-Awtorità qalet li l-Perit Vincent Cassar, il-Professur Victor Axiak, Joseph Brincat u Annick Bonello ddeċidew li jirrikużaw ruħhom mil-laqgħa u d-deċiżjoni tittieħdet wara li kkunsidraw it-tħassib li qajmet il-Qorti tal-Appell fid-deċiżjoni tagħha fid-dsatax ta’ Ġunju tal-2019.

Liema deċiżjoni kienet annullat il-permess oriġinali tal-istess proġett wara kunflitt t’interess tal-eks membru tal-Bord tal-Ippjanar is-Sur Matthew Pace.

L-Imħallef Mark Chetcuti kien qal li l-membri li kienu diġà esprimew l-opinjoni tagħhom fuq l-istess proġett għandhom jikkunsidraw il-pożizzjoni tagħhom meta terġa’ tidħol l-applikazzjoni.

Il-membru tal-bord Dr Chris Cilia rrikuża lilu nnifsu minħabba kunflitt t’interess professjonali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend