Notifiki

Jitressqu biżżejjed provi biex is-Serb mixli bil-qtil tal-Eġizzjan jitqiegħed taħt att ta’ akkuża

Quddiem il-Qorti t’Għawdex tressqu biżżejjed provi sabiex is-Serb Aleksandar Stojanovic jitqiegħed taħt att ta’ akkuża. Dan hekk kif il-Ġimgħa filgħodu kompliet il-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront tiegħu.

Fl-ewwel seduta Stojanovic kien wieġeb mhux ħati li qatel lill-Eġizzjan Walid Salah Abdel Motaleb Mohammed f’Jannar tal-2018.

Fis-seduta li għaddiet telgħu fuq il-pedana tax-xhieda l-eks mara tal-vittma kif ukoll il-ħabib tal-imputat li kien qal kif is-Serb qallu li qatel raġel Eġizzjan.

Fost l-oħrajn fuq il-pedana tax-xhieda l-Ġimgħa tela’ l-Ispettur Bernard Charles Spiteri fejn spjega li meta mar fuq il-post ra lill-Eġizzjan bid-demm, kellu żewġt iskrataċċ fejnu u anke li ra pakkett li ġieh suspett li kien fih il-kokaina.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend