Notifiki

Il-PN jiftaħar bix-xogħol li għamel fil-moll taċ-Ċirkewwa

Il-Partit Nazzjonalista qal li fi żmienu fil-Gvern, ma xxaħħaħx biex jirranġa l-moll taċ-Ċirkewwa.

Dan qalu d-Deputat Nazzjonalista Chris Said waqt dibattitu dwar Għawdex mal-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri fuq il-programm Xtra.

Fil-bidu tal-programm fuq is-suġġett tal-Fast Ferry, li s-servizz tiegħu tnieda fl-ewwel ta’ Ġunju, Chris Said ipprova jġaħġaħha li l-Partit Nazzjonalista wkoll ikkontribwixxa biex itejjeb il-konnettività bejn iż-żewġ gżejjer.

Qal, “Ma xxaħħaħniex biex nirranġaw il-moll taċ-Ċirkewwa biex jiġi iktar safe.”

Madankollu konvenjentament l-istess Deputat nesa jsemmi kif it-terminal taċ-Ċirkewwa li nbena taħt Gvern Nazzjonalista, ssawwar b’konkos inferjuri u bi strutturi mhux konformi ma’ standards Ewropej.

Pont li sewa mal-€10 miljun u li lanqas laħqu għaddew 6 snin li ma bdewx jidhru x-xquq fl-istrutturi tiegħu, b’riżultat li kien ta’ periklu għal kull min jgħaddi minn fuqu.

Jekk xejn, dan il-każ irrepeta ruħu fl-2014 fl-Isptar Mater Dei meta Gvern Laburista kien beda bi pjanijiet sabiex jibni żewġ sulari fuq l-emerġenza sabiex jiżdiedu s-sodod fl-isptar.

Dakinhar ġie skopert konkos difettuż hekk kif analiżi tal-binja mill-kumpanija internazzjonali Arup kienet iwriet li l-konkrit fil-binja tal-emerġenza ma kienx b’saħħtu biżżejjed biex jiflaħ iż-żewġ sulari.

Riżultat ta’ dan ġiet stmata l-ispiża ta’ €150 miljun mit-taxxi tal-poplu biex dan il-konkos jittranġa.

Madankollu Chris Said waqt l-istess dibattitu donnu kkuntenta ruħu li l-isptar ma waqax.

Sostna, “L-isptar ma waqax. Qed ngħid għall-isptar Mater Dei. L-isptar Mater Dei għadu hemm u ma ntefaq xejn biex jiġi rranġat għax kienet kollha gimmick biex nippruvaw ngħidu li kien hemm problema.”

Intant, hekk kif kien qed jiġi diskuss is-servizz effiċjenti tal-Fast Ferry, Chris Said inqabad jitkellem fuq xi ħaġa li għadu ma użax.

Dan hekk kif tenna li qed juża s-servizz tal-Gozo Channel.

Malli l-Ministru Camilleri nnota dan, Chris Said ma għamel xejn biex jinnega dak l-intqal.

Qal, “Qas biss uża l-Fast Ferry. Kif tista’ inti titkellem fuq il-Fast Ferry meta għadu ma użax il-Fast Ferry u meta eluf ta’ Għawdxin għamlu użu minnu u żgur li se jkunu qed jiġġudikaw huma.”

Tul id-dibattitu ntmess ukoll is-suġġett tal-mina ta’ bejn Malta u Għawdex. Suġġett li jikkonferma u-turn wara oħra għall-Partit Nazzjonalista li għalkemm kien qal li huwa favur, issa Chris Said baqa’ jsostni li l-Partit ta’ Bernard Grech ikun biss favur wara li jsiru l-istudji kollha neċessarji.

Hawnhekk, Chris Said reġa’ tenna li huwa favur referendum minkejja li kien hu stess li fl-2015, attenda u tkellem f’konferenza kontra referendum dwar il-mina.

Intant bl-istess ton u rettorika ta’ Bernard Grech li qed jgħodd il-ġranet ta’ Gvern Laburista, Chris Said qal hekk.

Qal, “Dawn se jkunu t-tikketti li se jġorr miegħu meta jispiċċa minn Ministru.”

Ta’ QabelLi Jmiss

2 Comments

  1. Dawn mhux bl-imbarazz u t-telqa li ħallew fil-pajjiz jistgħu jiftaħru?!! Mela ħalluhom ħalli jiftaħru!

    1. Said biex tiskongra trid tkun pur.Kif tista tfahhar il moll tac cirkewwa meta kien il gvern tieghek li ghamlu.Insejtu il bypass ta Haz Zebbug kif ghamlet lewwel xita waqat.Insejt said il pont ta san gwann li Eddie mar jiltaqa fis satra tal lejl ma zeppi.insejtuh il hmieg taz zejt.Tajtu l proklama u xha il poplu?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend