Notifiki

Il-mibgħut speċjali tan-Nazzjonijiet Magħquda f’Malta għal taħdidiet kordjali

Il-mibgħut speċjali tan-Nazzjonijiet Magħquda għal-Libja Jan Kubis żar Malta għal taħdidiet mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo.

Matul dawn it-taħdidiet, il-Ministru Evarist Bartolo semma kemm hu importanti li jkunu l-Libjani nfushom li jsibu soluzzjoni għall-isfidi li għandu l-pajjiż u li pajjiżi barranin jappoġġaw l-isforzi tal-Libjani.

Il-Ministru Bartolo qal li Malta temmen f’Libja magħquda mmexxija mil-Libjani għall-ġid tal-poplu Libjan.

Il-mibgħut speċjali Jan Kubis faħħar l-inizjattiva ta’ Malta b’referenza għaż-żjara tal-Ministru Bartolo mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Taljan Luigi Di Maio flimkien mal-Kummissarju Ewropew Oliver Varhelyi fil-Libja.

Huwa qal li dan huwa l-aħjar mod kif isir il-ġid fil-Libja biex tilqa’ għall-isfidi u toħroġ mit-tħarbit tal-gwerra filwaqt li l-poplu ma jibqax ibati ekonomikament u soċjalment.

Fit-taħdidiet ġiet diskussa wkoll l-immigrazzjoni irregolari u l-bżonn li tiġi indirizzata b’mod serju b’ħidma bejn l-Unjoni Ewropea u l-Unjoni Afrikana.

Il-Ministru Bartolo qal li hemm bżonn ta’ ħolqien ta’ xogħol u ġid fil-pajjiżi li minnhom jitilqu l-immigranti biex minflok ifittxu ħajja aħjar f’pajjiżi oħra jsibuha f’pajjiżhom stess.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend