Notifiki

Il-kelb tad-Dwana jxomm €32,849 fuq żewġ passiġġieri fl-ajruport

Fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ġew interċettati aktar minn tnejn u tletin elf ewro fi flus mhux iddikjarati fuq żewġ passiġġieri li kienu għadhom kif waslu minn Zurich.

Il-passiġġieri, Tajlandiż u Żvizzeru, intagħżlu mill-uffiċjali tad-Dwana ta’ Kontra l-Ħasil tal-Flus wara indikazzjoni mill-kelb tas-sezzjoni tal-K9 Charlie.

L-ammont totali ta’ €32,849 ġie elevat mill-bagalji tal-passiġġieri.

Huwa ġew immultati fuq il-post u tħallew ikomplu bil-vjaġġ tagħhom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend