Diska oħra ġdida ta’ Matthew James Borg

Wara s-success kbir ta’ ‘’Tbissem’’ li kienet kollaborazzjoni mal-kantawtriċi Ira Losco, Matthew James illum iddebutta silta oħra għal darb’oħra bħala solist.

Il-kantawtur u producer Matthew James, tul din il-pandemija kien wieħed mill-iktar artisti lokali li baqgħu attivi. Tul is-sena l-oħra kif ukoll din is-sena, ikkolabora ma’ diversi artisti oħra, ħareġ ammont konsiderevoli ta’ siltiet u pproduċa lil bosta artisti lokali oħra. Infatti tul l-2020 u din is-sena, siltiet ta’ Matthew James kienu qiegħdin b’mod konsistenti jokkuppaw l-quċċata tal-klassifiċi lokali għal numru ta’ ġimgħat.
Is-silta li ddebutta llum ‘Round and Round’’ tesplora in-naħa iktar serja ta’ Matt bħala artist.
Matt jgħidilna li ‘’Round and Round tippreżenta lis-semmiegħ b’għażla. Biex jaħseb fuq id-deċiżjonijiet fil-ħajja u mhux sempliċiment isegwi lil ħaddieħor’’

https://www.facebook.com/MatthewJamesMT
https://www.instagram.com/matthew_james_borg/

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend