Sewwieq ta’ mutur jindarab gravi wara li ħabat ma’ karozza fl-Imġarr

Raġel ta’ 50, li joqgħod l-Imġarr ġarrab ġrieħi gravi wara li ħabat bil-mutur li kien qed isuq ma’ karozza tal-għamla Nissan.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1:00 ta’ waranofsinhar, fi Triq l-Għajn Tuffieħa l-Imġarr.

Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ tim mediku, li aktar tard ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għadddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend