Mara li gidbet lill-awtoritajiet Maltin dwar l-identità tagħha tingħata sentenza sospiża

Mara li gidbet lill-awtoritajiet Maltin wara li kienet ingħatat l-ażil fl-Italja ħames snin ilu, ingħatat sentenza sospiża.

Il-mara mill-Eritrea li tgħix il-Marsa, waslet Malta fl-2016, meta kienet gidbet dwar l-identità tagħha mal-Kummissarju għar-Refuġjati biex ma tintbagħatx lejn l-Italja.

Iżda meta riċentament spiċċat bla flus, kellha tammetti mal-awtoritajiet Maltin biex tkun ripatrijata lejn l-Italja.

Il-mara ammettiet l-akkużi kontriha u ngħatat sentenza sospiża ta’ sena ħabs wara li kkoperat mal-Pulizija fil-każ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend