Notifiki

L-Ukrajna mġiegħla tbiddel id-disinn tal-flokk tal-Euro 2020 minħabba r-Russja

L-Ukrajna ġiet imġiegħla tneħħi l-messaġġ politiku minn fuq il-flokk li se tuża għall-Euro 2020 mill-UEFA wara l-protest li daħħlet ir-Russja.

Il-flokk kellu fuqu l-mappa Ukrena li fiha tinkludi l-Krimea, bħala parti mit-territorju Ukren.

Fl-2014, fl-eqqel tal-kriżi politika fl-Ukrajna, fejn fiha spiċċa ħarab il-President ta’ dak iż-żmien Viktor Yanukovych, il-Krimea spiċċat ingħaqdet mar-Russja wara referendum u permezz ta’ dik deskritta bħala forza militari Russa mbuttata minn Vladimir Putin.

L-Ukrajna u bosta pajjiżi oħra fil-komunità internazzjonali għadhom jirrikonoxxu l-Krimea, sors ta’ ħafna ġlied fil-Lvant tal-Ewropa, bħala parti mit-territorju Ukren.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend