Imut il-Professur Malti Edward de Bono fl-età ta’ 88 sena

Il-Professur Edward de Bono.

L-akkamediku u t-tabib Malti li rnexxielu joriġina t-terminu ta’ ħsieb laterali, miet l-Erbgħa filgħaxija fl-età ta’ tmienja u tmenin sena.

Bil-ħidma tiegħu, il-Professur kiseb fama internazzjonali u kien punt ta’ referenza dwar il-ħsieb kreattiv u b’mod partikolari l-mod kif jorganizza l-informazzjoni.

Tul ħajtu de Bono ħadem fuq kollezzjoni kbira ta’ kotba li tammonta għal madwar ħamsa u tmenin ktieb li wħud minnhom kienu tradotti f’sitta u erbgħin lingwa filwaqt li t-tagħlim tiegħu dar mal-erbat irjieħ tad-dinja.

B’mod speċjali hu ser jibqa’ magħruf għall-ktieb, “The Mechanism of Mind”.

Il-Professur saħansitra kien nominat bħala wieħed minn fost mija u ħamsin persuna oħra fid-dinja li l-aktar taw kontribuzzjoni effettiva għall-umanità.

De Bono żviluppa l-moħħ influwenti f’diversi istituzzjonijiet akkademiċi fosthom fl-iskola ta’ St. Edwards u mbagħad kompla l-istudji tiegħu fl-Università ta’ Malta fejn imbagħad gradwa bħala tabib.

Barra minn xtutna, il-professur kompla l-istudji tiegħu fl-Universitajiet rinomati ta’ Oxford u Cambridge.

L-aħbar tal-mewt tal-Professur ispirat lil bosta biex jgħaddu messaġġ ta’ tislima. Fosthom kien hemm il-President ta’ Malta George Vella li tkellem dwar it-telfa li ġarrab in-nazzjon permezz tal-mewt tiegħu.

Il-Prim Ministru saħansitra stqarr li minkejja li tlifna l-preżenza fiżika ta’ de Bono, il-ħsibijiet tiegħu ser ikomplu jispirawna biex nilħqu l-aħjar livelli.

Fi stqarrija l-Partit Laburista sellem il-memorja tiegħu u sostna li hu ser jibqa’ magħruf għall-ideat innovattivi u metodi teoretiċi.

Il-funeral tal-Professur De Bono ser isir f’Malta filwaqt li fir-Renju Unit mistennija jsellmu l-memorja tiegħu f’ċerimonja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend