Notifiki

Il-Prim Ministru jniedi l-viżjoni ekonomika għal pajjiżna għall-għaxar snin li ġejjin

Il-Prim Ministru Robert Abela nieda l-viżjoni ekonomika tal-Gvern għall-għaxar snin li ġejjin, bil-għan li l-ekonomija ta’ pajjiżna tkun innovattiva, sostenibbli u l-aqwa fid-dinja.

Fl-indirizz tiegħu, il-Prim Ministru qal li dan huwa l-bidu ta’ proċess ta’ diskussjoni dwar il-viżjoni ekonomika għal pajjiżna għad-deċenju li jmiss, li jsegwi xhur ta’ sfidi kbar minħabba l-imxija.

Innota kif pajjiżna huwa wieħed minn tliet pajjiżi biss fl-Unjoni Ewropea li żiedu l-impjiegi fis-sena tal-pandemija u dan għaliex id-deċiżjonijiet ittieħdu fuq tliet prinċipji ewlenin.

L-ewwel prinċipju huwa dak li l-Gvern ma jinterpretax l-għajnuna finanzjarja bħala infiq imma investiment.

It-tieni prinċipju huwa li l-Gvern dejjem sab bilanċ li bih kiseb il-fiduċja fis-settur tan-negozji, tant li dawn żdiedu b’ħamest elef fis-sena tal-pandemija.

It-tielet prinċipju huwa l-viżjoni ħolistika tal-Gvern li taħseb fl-interessi ta’ kulħadd.

Iggwidat minn dawn it-tliet prinċipji, il-Gvern ippreżenta viżjoni li se twassal biex mhux biss pajjiżna jsir ċentru ta’ eċċellenza, imma kif saħaq il-Prim Ministru nnifsu, l-ekonomija tkun l-aqwa fid-dinja.

Dr Abela fakkar li bħal daż-żmien sena kienet bdiet diskussjoni dwar ħames prinċipji ewlenin li fuqhom hija msejsa din il-viżjoni; il-kwalità tal-ħajja, l-infrastruttura, l-edukazzjoni, il-governanza tajba u l-ambjent.

Il-Prim Ministru saħaq li filwaqt li t-tajjeb li sar għandu jibqa’, irid isir iktar, fost l-oħrajn billi l-ħaddiema jkollhom il-ħiliet meħtieġa frott ta’ trasformazzjoni radikali fis-sistema edukattiva ta’ pajjiżna.

Huwa stqrar: “We must transform our education and training system radically. From a society that looks at learning as a definite phase in a person’s life with a beginning and an end, we need to create a culture where learning is an ongoing process. It needs to become a constant feature of life.”

Il-Prim Ministru saħaq fuq il-bżonn tad-diġitalizzazzjoni, wara li l-pandemija wriet, aktar minn qatt qabel, kemm il-futur huwa diġitali.

Huwa tenna: “With more productive workers, companies would be able to offer more flexibility and much better working conditions.”

Biex nibqgħu kompetittivi, Dr Abela qal li n-negozji ma jistgħux jaħdmu f’infrastruttura ta’ erba’ deċenji ilu.

Il-Prim Ministru saħaq: “That is why we announced, just a year ago during perhaps the most difficult part of COVID in our regeneration package, the largest industrial infrastructure plan which was ever envisioned in our country.”

Il-Prim Ministru nnota wkoll kif ekonomija ikbar u aħjar titlob sistema ġudizzjarja b’saħħitha: “We must have a judicial system that can deliver quick, effective and fair justice.”

Fl-aħħar nett, il-Prim Ministru semma l-isfidi kbar li jġib miegħu s-settur tal-ambjent, li biex jiġu megħluba jirrikjedu bidla fil-mentalità.

Dr Abela temm jgħid: “This is time to understand that the environment and the economy are one and must converge. We cannot have a good economy if the quality of our environment is not good enough and we cannot have a good quality of environment if our economy is suffering.”

Il-Prim Ministru temm jirrimarka li hemm il-finanzi, l-esperjenza u l-viżjoni, u allura appella biex kulħadd jgħid tiegħu dwar fejn jixtieq jara ’l pajjiż fiż-żmien li ġej.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend