Notifiki

Il-PM b’rikonoxximent lejn Jake Muscat u Destiny

Il-Prim Ministru Robert Abela laqa’ fil-Berġa ta’ Kastilja lill-Atleta professjonali tal-waterpolo Jake Muscat u l-Kantanta Destiny Chukunyere bħala rikonoxximent għas-suċċess li għamlu barra minn Malta.

Jake Muscat għandu tmintax-il sena u huwa l-ewwel Malti li lagħab fiċ-Champions League tal-Waterpolo. Huwa ħa sehem l-ewwel mat-tim nazzjonali Malti tal-waterpolo meta kellu ħmistax-il sena.

Min-naħa tagħha, Destiny Chukunyere rrappreżentat lil pajjiżna fil-Eurovision Song Contest f’Rotterdam, l-Olanda, u kklassifikat fis-seba’ post.

Il-Prim Ministru Robert Abela awguralhom kull suċċess għall-futur tagħhom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend