Notifiki

Il-Papa ma jaċċettax ir-riżenja tal-Kardinal Marx fuq abbużi ta’ tfal fil-Ġermanja

Il-Vatikan għadu kif iddikjara li l-Papa Franġisku ma aċċettax ir-riżenja tal-Kardinal Ġermaniż Marx.

Dan wara li ftit tal-jiem ilu Marx talab biex jieqaf minn Kardinal hekk kif iddikjara li se jerfa’ r-responsabbilità tal-każijiet ta’ abbuż sesswali minn qasissin Ġermaniżi.

Il-Papa qal lil Marx biex ikompli jaqdi d-dmirijiet tiegħu bħala Arċisqof ta’ Munich.

Il-Kardinal u l-Arċisqof ta’ Munich għamel dan wara li investigazzjoni dwar dawn l-abbużi wriet xi nuqqasijiet ġejjin mill-awtoritajiet fil-Knisja fil-Ġermanja.

Ftit tal-jiem ilu l-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku ħatar inkjesta mill-Vatikan u bagħat żewġ rappreżentanti tiegħu biex jinvestigaw il-Knisja f’Cologne.

Ir-rapporti qed jgħidu li l-Kardinal Marx ma kienx involut f’dawn l-abbużi, iżda saħaq li jrid iġorr dan l-iskandlu fuq spallejh.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend