Notifiki

Il-linja tal-ajru Emirates terġa’ tibda ttir minn u lejn pajjiżna

Il-linja tal-ajru Emirates ħabbret li se terġa’ tibda topera minn u lejn pajjiżna tliet darbiet fil-ġimgħa bejn Malta u Larnaca f’Ċipru mill-erbatax ta’ Lulju li ġej, b’titjiriet li jibqgħu sejrin lejn Dubaj jekk wieħed ikun irid.

B’dawn it-titjiriet se tikber in-netwerk Ewropea lejn 34 destinazzjoni, u se joffru lill-klijenti Maltin iktar għażliet ta’ vjaġġar internazzjonali u aktar konnettività minn Dubaj.

It-titjiriet se jsiru fuq l-ajruplani Boeing 777-300LR li joffru 42 seat fil-Business Class u 386 oħra fl-Economy.

It-titjiriet se jsiru kull nhar ta’ Erbgħa, Ġimgħa u Ħadd. Jaslu Malta fis-14:05 u jitilqu minn pajjiżna fit-15:35.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend