Notifiki

Il-ħobża ta’ kuljum tas-sajjieda fi Sri Lanka mhedda minħabba l-inċident li seħħ ix-xahar li għadda

Il-vapur tal-merkanzija X-Press Pearl, li x-xahar li għadda għamel diversi ġranet maħkum min-nirien barra l-kosta ta’ Sri Lanka, qed iħalli diżastru ambjentali li x’aktarx dan l-impatt se jibqa’ jinħass għall-għexieren ta’ snin li ġejjin.

Minkejja li n-nirien li ħakmu l-bastiment intfew, il-riperkussjonijiet ta’ dan l-inċident għadhom kemm bdew.

Il-vapur kien qed iġorr numru ta’ kontejners li ħafna minnhom qed jaħżnu kimiċi perikolużi ħafna għall-ambjent, li wħud minn dawn il-kontejners diġà bdew inixxu. Dan qed iqajjem biża’ li jista’ jivvalena l-ħajja ta’ taħt il-baħar.

Is-sajjieda, li ħobża ta’ kuljum tagħhom hija mhedda b’dan id-diżastru diġà qed juru t-tħassib tagħhom, hekk kif il-ħut qed jispiċċaw imutu minħabba li belgħu biċċiet ta’ plastik li spiċċaw fil-baħar kawża ta’ dan l-inċident.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend