Notifiki

Grupp ieħor ta’ immigranti rilokati lejn il-Ġermanja

Dalgħodu, grupp ieħor ta’ immigranti illegali ġew rilokati lejn il-Ġermanja bħala parti mill-arranġament bejn Malta u l-Kummissjoni Ewropea bil-għan jittaffa’ l-piż ta’ dawn l-immigranti minn fuq pajjiżna.

Permezz ta’ titjira diretta lejn il-Ġermanja, dawn l-immigranti ser ikomplu l-proċess tagħhom għall-ażil barra minn xtutna.

Fi stqarrija, il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri stqarr li l-Gvern qed ikompli jaħdem biex jonqsu l-wasliet ta’ immigranti irregolari filwaqt li jiġu ritornati persuni li ma jeħtieġux protezzjoni f’Malta.

Fil-fatt, din il-ħidma hija riflessa fin-numri ta’ immigranti irregolari li ħallew pajjiżna mill-bidu tas-sena, li jiżboq in-numru ta’ wasliet ġodda.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend